Vjenna | |||
---|---|---|---|
Awstrija | |||
| |||
Amministrazzjoni | |||
Stat sovran | Awstrija | ||
Kap tal-Gvern | Michael Ludwig (en) | ||
Isem uffiċjali |
Wien Groß-Wien | ||
Ismijiet oriġinali | Wien | ||
Kodiċi postali |
1000–1239, 1400, 1402, 1251–1255, 1300–1301, 1421, 1423, 1500, 1502–1503, 1600–1601, 1810u 1901 | ||
Ġeografija | |||
Koordinati | 48°12′30″N 16°22′21″E / 48.2083°N 16.3725°EKoordinati: 48°12′30″N 16°22′21″E / 48.2083°N 16.3725°E | ||
, , u | |||
Superfiċjenti | 414.78 kilometru kwadru | ||
Għoli | 151 mu 542 m | ||
Fruntieri ma' | L-Awstrija l-Baxxa, Gänserndorf District (en) , Bruck an der Leitha District (en) , Mödling District (en) , Sankt Pölten District (en) , Tulln District (en) u Korneuburg District (en) | ||
Demografija | |||
Popolazzjoni | 1,973,403 abitanti (1 Ottubru 2022) | ||
Informazzjoni oħra | |||
Fondazzjoni | 1 century "BCE" | ||
Kodiċi tat-telefon |
01 | ||
Żona tal-Ħin | UTC+1, UTC+2u Ħin tal-Ewropa Ċentrali | ||
bliet ġemellati | Bern, Bratislava, Budapest, Moska, Żagreb, Kiev, Brno, Belgrad, Tel Aviv, Istanbul, Varsavja, Sofija, Ljubljana, Vaduz, Tuneż, Pula, Odessau Brasilia | ||
wien.gv.atu wien.at |
Vjenna (/viˈɛnə/ vee-EN-ə;[1][2] bil-Ġermaniż: Wien [viːn]; bl-Awstro-Bavarjan: Wean [veɐ̯n]) hi l-belt kapitali u l-ikbar belt tal-Awstrija, u hija waħda mid-disa' stati tal-pajjiż. Il-belt għandha popolazzjoni ta' 1,897,491 ruħ (sal-2019) u hija waħda mill-iżjed bliet popolati tal-Awstrija, b'madwar żewġ miljun abitant[3] (2.6 miljun abitant fiż-żona metropolitana, kważi terz tal-popolazzjoni tal-pajjiż)[4], u hija ċ-ċentru kulturali, ekonomiku u politiku tal-Awstrija. Vjenna hija s-sitt l-ikbar belt bħala popolazzjoni fil-limiti tal-bliet fl-Unjoni Ewropea.
Sal-bidu tas-seklu 20, Vjenna kienet l-ikbar belt fid-dinja fejn jitkellmu bil-Ġermaniż, u qabel id-diviżjoni tal-Imperu Awstro-Ungariku fl-Ewwel Gwerra Dinjija, il-belt kellha żewġ miljun abitant.[5] Fil-preżent, il-belt hija it-tieni l-ikbar belt fejn jitkellmu bil-Ġermaniż wara Berlin, fil-Ġermanja.[6][7] Vjenna tospita bosta organizzazzjonijiet internazzjonali ewlenin, inkluż in-Nazzjonijiet Uniti, l-OPEC u l-OSCE. Il-belt tinsab fil-parti tal-Lvant tal-Awstrija u hija qrib il-fruntieri tar-Repubblika Ċeka, tas-Slovakkja u tal-Ungerija. Dawn ir-reġjuni jaħdmu flimkien f'reġjun Ewropew tal-fruntiera magħruf bħala Centrope. Flimkien ma' Bratislava fil-qrib, Vjenna tifforma reġjun metropolitan bi tliet miljun abitant. Fl-2001, iċ-ċentru storiku tal-belt tniżżel fil-lista tas-Siti ta' Wirt Dinji tal-UNESCO.[8] F'Lulju 2017 tressqet fil-lista tas-Siti ta' Wirt Dinji fil-Periklu. Barra minn hekk, Vjenna hija magħrufa bħala l-"Belt tal-Mużika"[9] minħabba l-legat mużikali tagħha, peress li bosta mużiċisti klassiċi famużi bħal Beethoven u Mozart kien jgħixu u jaħdmu fi Vjenna. Vjenna jingħad ukoll li hija l-"Belt tal-Ħolm"[10] minħabba li fiha kien jgħix l-ewwel psikoanalista tad-dinja, Sigmund Freud. L-għeruq ta' Vjenna nibtu fl-insedjamenti Ċeltiċi u Rumani bikrin li ttrasformaw f'belt Medjevali u Barokka. Hija magħrufa ferm għaliex kellha rwol ċentrali bħala ċentru mużikali Ewropew, minn żmien il-Klassiċiżmu ta' Vjenna sal-parti bikrija tas-seklu 20. Iċ-ċentru storiku ta' Vjenna huwa rikk b'binjiet arkitettoniċi mill-isbaħ, inkluż palazzi u ġonna Barokki, u r-Ringstraße tal-aħħar tas-seklu 19 mimlija binjiet grandjużi, monumenti u parks.[8]
Vjenna hija magħrufa għall-kwalità għolja tal-għajxien. Fi studju tal-2005 fost 127 belt fid-dinja, l-Economist Intelligence Unit ikklassifikat il-belt fl-ewwel post (flimkien ma' Vancouver, il-Kanada u San Francisco, l-Istati Uniti) bħala l-aqwa bliet biex wieħed jgħix fihom. Bejn l-2011 u l-2015, Vjenna ġiet ikklassifikata fit-tieni post, wara Melbourne, l-Awstralja.[11][12] L-"Istħarriġ tal-Kwalità tal-Ħajja" tal-2015 ta' Monocle kklassifika lil Vjenna fit-tieni post minn lista tal-iktar 25 belt fid-dinja "fejn wieħed jibbaża ruħu".[13] L-"Istħarriġ tal-Kwalità tal-Ħajja" tal-2012 ta' Monocle kklassifika lil Vjenna fir-raba' post minn lista tal-iktar 25 belt fid-dinja "fejn wieħed jibbaża ruħu"[14] (fl-2011 fis-sitt post[15][16] u fl-2010 fit-tmien post).[17] Il-UN-Habitat ikklassifika lil Vjenna bħala l-iżjed belt prosperuża fid-dinja fl-2012-2013.[18] Il-belt ġiet ikklassifikata fl-ewwel post globalment għall-kultura ta' innovazzjoni tagħha fl-2007 u fl-2008, u fis-sitt post globalment (minn 256 belt) fl-Indiċi tal-Bliet tal-Innovazzjoni tal-2014, li analizza 162 indikatur fi tliet oqsma: il-kultura, l-infrastruttura, u s-swieq.[19][20][21] Vjenna regolarment tospita konferenzi tal-ippjanar urban u sikwit tintuża bħala studju tal-każ mill-pjanifikaturi urbani.[22] Bejn l-2005 u l-2010, Vjenna kienet l-ewwel destinazzjoni fid-dinja għall-kungressi u għall-konvenji internazzjonali.[23] Tattira iżjed minn 6.8 miljun turista fis-sena.[24]