Tallinn

Tallinn
 Estonja
Amministrazzjoni
PajjiżEstonja
County of EstoniaKontea ta' Harju
CityTallinn
Kap tal-Gvern Mihhail Kõlvart (en) Translate
Isem uffiċjali Tallinn
Таллин
Рэвель
Таллинн
Ревель
Ревель
Таллінн
Reval
Ревел
Revel
Ismijiet oriġinali Tallinn
Kodiċi postali 10111
Ġeografija
Koordinati 59°26′14″N 24°44′42″E / 59.4372°N 24.745°E / 59.4372; 24.745Koordinati: 59°26′14″N 24°44′42″E / 59.4372°N 24.745°E / 59.4372; 24.745
Tallinn is located in Estonia
Tallinn
Tallinn
Tallinn (Estonia)
Superfiċjenti 159.37 kilometru kwadru
Għoli 143 m
Demografija
Popolazzjoni 457,572 abitanti (1 Jannar 2024)
Informazzjoni oħra
Fondazzjoni unknown value
Kodiċi tat-telefon 64
Żona tal-Ħin UTC+2
bliet ġemellati Vilnius, Riga, Annapolis (en) Translate, Hangzhou, Dartford (en) Translate, Gent, Ħelsinki, Kiel (en) Translate, Kotka, Beijing, Moska, Turku, Venezja, Malmö Municipality (en) Translate, Schwerin (en) Translate, San Pietruburgu, Kiev, Skopje, Vjenna, Odessa, Tbilisiu Groningen
tallinn.ee

Tallinn (/ˈtɑːlɪn, ˈtælɪn/;[1][2][3] pronunzja bl-Estonjan: [ˈtɑlʲːinː]) hija l-belt kapitali u l-iżjed belt popolata tal-Estonja. Tinsab qrib bajja fit-Tramuntana tal-pajjiż, max-xatt tal-Golf tal-Finlandja tal-Baħar Baltiku. Tallinn għandha popolazzjoni ta' 438,341 (fl-2021)[4] u amministrattivament tagħmel mal-kontea jew maakond ta' Harju. Tallinn hija ċ-ċentru finanzjarju, industrijali u kulturali ewlieni tal-Estonja. Tinsab 187 kilometru fil-Majjistral tat-tieni l-ikbar belt tal-pajjiż, Tartu, madankollu tinsab biss 80 kilometru fin-Nofsinhar tal-belt kapitali tal-Finlandja, Helsinki, kif ukoll 320 kilometru fil-Punent ta' San Pietruburgu, ir-Russja, 300 kilometru fit-Tramuntana tal-belt kapitali tal-Latvja, Riga, u 380 kilometru fil-Lvant tal-belt kapitali tal-Iżvezja, Stokkolma. Mis-seklu 13 sal-ewwel nofs tas-seklu 20, Tallinn kienet magħrufa fil-biċċa l-kbira tad-dinja b'diversi varjanti tal-isem storiku tagħha Reval.

Tallinn ingħatat drittijiet ta' belt minn Lübeck fl-1248[5], madankollu l-iżjed evidenza bikrija ta' insedjament uman fiż-żona tmur lura kważi 5,000 sena.[6] L-ewwel dikjarazzjoni ta' sjieda li qatt ġiet irreġistrata saret mid-Danimarka wara attakk li rnexxa fl-1219 taħt it-tmexxija tar-Re Valdemar II, segwit minn perjodu ta' diversi mexxejja Skandinavi u Tewtoniċi. Minħabba l-pożizzjoni strateġika tagħha qrib il-baħar, il-port Medjevali ta' Tallinn sar ċentru kummerċjali sinifikanti, speċjalment fis-sekli 14-16, meta l-importanza tal-belt kibret bħala l-iżjed belt fit-Tramuntana li kienet membru tal-Lega Anseatika. Iċ-ċentru storiku ta' Tallinn, magħruf bħala Vanalinn, huwa wieħed mill-iktar ippreservati sew fl-Ewropa u sar Sit ta' Wirt Dinji tal-UNESCO fl-1997.[7]

Tallinn għandha l-ogħla għadd ta' negozji emerġenti għal kull persuna fost il-pajjiżi Ewropej[8] u huwa l-post fejn twieldu bosta kumpaniji internazzjonali tat-teknoloġija avvanzata, fosthom Skype u Wise.[9] Il-belt tospita l-kwartieri ġenerali tal-aġenzija tat-teknoloġija informatika tal-Unjoni Ewropea[10], kif ukoll taċ-Ċentru ta' Eċċellenza tad-Difiża Ċibernetika tan-NATO. Fl-2007, Tallinn ġiet elenkata fost l-ewwel għaxar pajjiżi diġitali fid-dinja.[11]

  1. ^ "Tallinn: Meaning and Definition of | Infoplease". www.infoplease.com (bl-Ingliż). Miġbur 2022-04-15.
  2. ^ Tallinn. Miġbur 2022-04-15.
  3. ^ Tallinn. Miġbur 2022-04-15.
  4. ^ "RV0240: POPULATION BY SEX, AGE AND PLACE OF RESIDENCE AFTER THE 2017 ADMINISTRATIVE REFORM, 1 JANUARY". PX-Web. Miġbur 2022-04-15.
  5. ^ "Tallinn on noorem, kui õpikus kirjas!". Eesti Päevaleht. Miġbur 2022-04-15.
  6. ^ "Villu Kadakas: pringlikütid Vabaduse väljakul". Arhiiv (bl-Estonjan). 2009-04-25. Miġbur 2022-04-15.
  7. ^ Centre, UNESCO World Heritage. "Historic Centre (Old Town) of Tallinn". UNESCO World Heritage Centre (bl-Ingliż). Miġbur 2022-04-15.
  8. ^ Rooney, Ben (2012-06-14). "The Many Reasons Estonia Is a Tech Start-Up Nation" (bl-Ingliż). Miġbur 2022-04-15.
  9. ^ Kaminski, Karsten (2015-03-14). "Estland: Ein Einblick in die Start-up-Szene von Tallinn" (bil-Ġermaniż). Miġbur 2022-04-15.
  10. ^ ERR (2011-06-09). "It's Official: Tallinn To Become EU's IT Headquarters". ERR (bl-Ingliż). Miġbur 2022-04-15.
  11. ^ "Tech capitals of the world". The Age (bl-Ingliż). 2007-09-13. Miġbur 2022-04-15.

Tallinn

Dodaje.pl - Ogłoszenia lokalne