Riga

Riga
 Latvja
Amministrazzjoni
Stat sovranLatvja
Kap tal-Gvern Vilnis Ķirsis (en) Translate
Isem uffiċjali Rīga
Ismijiet oriġinali Rīga
Kodiċi postali LV-1000
Ġeografija
Koordinati 56°56′51″N 24°06′25″E / 56.9475°N 24.1069°E / 56.9475; 24.1069Koordinati: 56°56′51″N 24°06′25″E / 56.9475°N 24.1069°E / 56.9475; 24.1069
Riga is located in Latvia
Riga
Riga
Riga (Latvia)
Superfiċjenti 304 kilometru kwadru, 253.05 kilometru kwadru
Għoli 6 m
Fruntieri ma' Jūrmala, Mārupe Municipality (en) Translate, Olaine Municipality (en) Translate, Ķekava Municipality (en) Translate, Salaspils Municipality (en) Translate, Ropaži Municipality (en) Translate, Ādaži Municipality (en) Translate, Garkalne Municipality (en) Translate, Carnikava Municipality (en) Translate, Babīte Municipality (en) Translate, Mārupe Municipality (en) Translate, Ķekava Municipality (en) Translateu Stopiņi Municipality (en) Translate
Demografija
Popolazzjoni 605,273 abitanti (1 Jannar 2024)
Informazzjoni oħra
Fondazzjoni 1201
Kodiċi tat-telefon 66-67
Żona tal-Ħin Eastern European Summer Time (en) Translateu Ħin tal-Lvant tal-Ewropa
bliet ġemellati Kiev, Vilnius, Tbilisi, Taipei, Calais, Aalborg, Almaty, Astana, Bremen, Cairns, Tallinn, Tartu, Firenze, Slough, Alicante, Amsterdam, Dunkirk, Bordeaux, Kōbe, Moska, Dallas, Minsk, Beijing, Rostock, San Pietruburgu, Santiago, Muniċipalità ta' Stokkolma, Suzhou, Varsavja, Guam, Paita, Pori, Norrköping Municipality (en) Translate, Aalborg Municipality (en) Translate, Kaunas, Yerevanu Hagåtña (en) Translate
riga.lv

Riga (/ˈriːɡə/; bil-Latvjan: Rīga [ˈriːɡa], bil-Livonjan: Rīgõ;) hija l-belt kapitali tal-Latvja u għandha popolazzjoni ta' 614,618 abitant (fl-2021)[1], jiġifieri terz tal-popolazzjoni tal-Latvja. Peress li hija ferm ikbar minn bliet oħra tal-Latvja, Riga hija l-belt ewlenija tal-pajjiż kif ukoll l-ikbar belt fit-tliet Stati Baltiċi, u tilqa' fi ħdanha għaxra fil-mija tal-popolazzjoni kkombinata tat-tliet Stati Baltiċi f'daqqa.[2] Il-belt tinsab mal-Golf ta' Riga fil-bokka tax-xmara Daugava fejn tiltaqa' mal-Baħar Baltiku. It-territorju ta' Riga jkopri erja ta' 307.17 km2 u jinsab bejn metru u għaxar metri 'l fuq mil-livell tal-baħar, fuq pjanura ċatta u ramlija.[3]

Riga ġiet stabbilita fl-1201 u hija eks membru tal-Lega Anseatika. Iċ-ċentru storiku ta' Riga huwa Sit ta' Wirt Dinji tal-UNESCO, u huwa magħruf għall-arkitettura tiegħu bi stil tal-Art Nouveau/Jugendstil u għall-arkitettura tal-injam tas-seklu 19.[4] Riga kienet Kapitali Ewropea tal-Kultura fl-2014, flimkien ma' Umeå fl-Iżvezja. Riga ospitat is-Summit tan-NATO fl-2006, il-Festival tal-Eurovision tal-2003, il-Kampjonat tal-Ice Hockey tal-Irġiel tal-IIHF tal-2006, il-Kampjonat Dinji tal-Curling tan-Nisa tal-2013 u l-Kampjonat Dinji tal-Ice Hockey tal-IIHF tal-2021. Tospita wkoll l-uffiċċju tal-Unjoni Ewropea għar-Regolaturi Ewropej għall-Komunikazzjoni Elettronika (BEREC). Fl-2017, ġiet imsemmija bħala r-Reġjun Ewropew tal-Gastronomija.

Fl-2016, Riga laqgħet iżjed minn 1.4 miljun viżitatur.[5] Il-belt hija moqdija mill-Ajruport Internazzjonali ta' Riga, l-ikbar ajruport fl-Istati Baltiċi u l-iktar wieħed traffikuż. Riga hija membru tal-Bliet bl-Ewro[6], tal-Unjoni tal-Bliet Baltiċi (UBC)[7] u tal-Unjoni tal-Bliet Kapitali tal-Unjoni Ewropea (UCEU).[8]

  1. ^ "Iedzīvotāju skaits pēc dzimuma reģionos, republikas pilsētās, novados, novadu pilsētās un pagastos gada sākumā 2014 - 2021". Oficiālās statistikas portāls (bil-Latvjan). Miġbur 2022-04-15.
  2. ^ "Sākumlapa | Latvijas Investīciju un attīstības aģentūra". www.liaa.gov.lv (bil-Latvjan). Miġbur 2022-04-15.
  3. ^ "Riga municipality portal". web.archive.org. 2011-08-28. Arkivjat minn l-oriġinal fl-2011-08-28. Miġbur 2022-04-15.
  4. ^ Centre, UNESCO World Heritage. "Historic Centre of Riga". UNESCO World Heritage Centre (bl-Ingliż). Miġbur 2022-04-15.
  5. ^ "Turiżmu fil-Latvja" (PDF). Arkivjat mill-oriġinal fl-2018-02-09. Miġbur 2023-12-23.Manutenzjoni CS1: BOT: url-oriġinali status mhux magħruf (link)
  6. ^ "Eurocities - Home" (bl-Ingliż). Miġbur 2022-04-15.
  7. ^ "UBC.net". www.ubc.net. Miġbur 2022-04-15.
  8. ^ "page d'accueil UCUE". web.archive.org. 2011-09-26. Arkivjat mill-oriġinal fl-2011-09-26. Miġbur 2022-04-15.Manutenzjoni CS1: BOT: url-oriġinali status mhux magħruf (link)

Riga

Dodaje.pl - Ogłoszenia lokalne