Hirohito (裕仁; twieled fid-29 ta' April 1901 – miet fis-7 ta' Jannar 1989) kien il-124 Imperatur tal-Ġappun skont l-ordni tradizzjonali, u rrenja bejn il-25 ta' Diċembru 1926 sa mewtu fl-1989. Għalkemm magħruf aħjar barra mill-Ġappun b'ismu Hirohito personali, fil-Ġappun hua magħruf aktar bħala Imperatur Shōwa (昭和天皇), titlu li ngħatalu wara mewtu. Il-kelma Shōwa huwa l-isem tal-era li tikkorrispondi mar-renju tal-Imperatur, u eventwalment sar isem l-Imperatur innifsu mal-mewt tiegħu. L-isem Hirhito jfisser "benevolenza abbundanti".
Fil-bidu tar-renju tiegħu, il-Ġappun kien diġà wieħed mill-poteri l-kbar, bid-disa' l-akbar ekonomija fid-dinja, it-tielet l-akbar qawwa navali u wieħed mill-membri permanenti tal-kunsill tas-Soċjetà tan-Nazzjonijiet. Hu kien il-kap tal-istat taħt il-Kostituzzjoni tal-Imperu tal-Ġappun matul l-espansjoni imperjali, militarizzazzjoni u involviment tal-Ġappun fit-Tieni Gwerra Dinjija. Wara ċ-ċediment tal-Ġappun hu ma ġiex ipproċessat għar-reati tal-gwerra bħal diversi figuri oħra governattivi, u l-involviment tiegħu fid-deċiżjonijiet meħuda fil-gwerra għadha kontroversjali. Wara l-gwerra hu sar simbolu tal-istat il-ġdid taħt il-kostituzzjoni l-ġdida u sa tmiem ir-renju tiegħu, Ġappun ħarġet bħala t-tieni l-akbar ekonomija dinjija.