Firenze

Firenze
 Italja
Amministrazzjoni
PajjiżItalja
Region of ItalyToskana
Metropolitan city of ItalyBelt Metropolitana ta' Firenze
Kap tal-Gvern Dario Nardella (en) Translate
Isem uffiċjali Firenze
Ismijiet oriġinali Firenze
Kodiċi postali 50100u 50121–50145
Ġeografija
Koordinati 43°46′17″N 11°15′15″E / 43.7714°N 11.2542°E / 43.7714; 11.2542Koordinati: 43°46′17″N 11°15′15″E / 43.7714°N 11.2542°E / 43.7714; 11.2542
Firenze is located in Italy
Firenze
Firenze
Firenze (Italy)
Superfiċjenti 102.32 kilometru kwadru
Għoli 50 m
Fruntieri ma' Bagno a Ripoli (en) Translate, Campi Bisenzio (en) Translate, Fiesole (en) Translate, Impruneta (en) Translate, Scandicci (en) Translateu Sesto Fiorentino (en) Translate
Demografija
Popolazzjoni 360,930 abitanti (1 Jannar 2023)
Informazzjoni oħra
Kodiċi tat-telefon 055
Żona tal-Ħin UTC+1, Ħin tal-Ewropa Ċentraliu UTC+2
bliet ġemellati Edinburgu, Kiev, Fes, Reims, Kassel, Dresden, Turku, Riga, Tirana, Ateni, Valladolid, Budapest, Krakovja, Kjoto, Philadelphia, Isfahan, Belt tal-Kuwajt, Nanjing, Salvador da Bahia, Sydney, Asmara, Puebla, Betlem, Gemlik (en) Translate, Samarkanda, Istanbul, Yerevan, Damasku, Pekanbaru (en) Translate, Providence, Cali, Olomouc, Gaziantep, Mostar, Arequipa, Tlemcen, Nablus, Nazaret, Malmö Municipality (en) Translate, New Orleans (en) Translateu Gifu (en) Translate
comune.fi.it, comune.firenze.it, comune.fi.itu en.comune.fi.it

Firenze ([fiˈrɛntse][1]) hija belt fl-Italja Ċentrali u l-belt kapitali tar-reġjun ta' Toskana. Firenze għandha l-ikbar popolazzjoni fit-Toskana, bi 360,930 abitant, u b'iktar minn 1,520,000 abitant fiż-żona metropolitana kollha.[2]

Firenze kienet ċentru kummerċjali u finanzjarju Medjevali Ewropew u kienet waħda mill-iktar bliet għonja ta' dak iż-żmien.[3] Ħafna akkademiċi jqisuha bħala n-nieqa tar-Rinaxximent, u ġiet imsejħa wkoll "l-Ateni tal-Medjuevu".[4] Matul l-istorja politika turbolenti tagħha, b'diversi rivoluzzjonijiet reliġjużi u repubblikani, tiddomina l-governanza tal-familja potenti Medici.[5] Mill-1865 sal-1871 Firenze kienet il-belt kapitali tar-Renju tal-Italja (stabbilit fl-1861). Id-djalett ta' Firenze pprovda s-sisien tat-Taljan standard u sar il-lingwa tal-kultura fl-Italja kollha minħabba l-kapulavuri prestiġjużi ta' Dante Alighieri, Petrarka, Giovanni Boccaccio, Niccolò Machiavelli u Leonardo da Vinci.[6]

Il-belt tattira miljuni ta' turisti kull sena, u l-UNESCO ddikjarat iċ-Ċentru Storiku ta' Firenze bħala Sit ta' Wirt Dinji fl-1982 għar-rikkezza kulturali u Rinaxximentali tal-arkitettura u tal-monumenti tagħha.[7] Firenze fiha wkoll għadd ta' mużewijiet u galleriji tal-arti, bħall-Uffizi u Palazzo Pitti, u għadha influwenti ħafna fil-oqsma tal-arti, il-kultura u l-politika. Fid-dawl tal-wirt artistiku u arkitettoniku tal-belt, Forbes ikklassifikat lil Firenze bħala waħda mill-isbaħ bliet fid-dinja.[8]

Firenze taqdi rwol importanti fil-moda Taljana u hija kklassifikata bħala waħda mill-iktar 15-il belt tal-moda ewlenin fid-dinja mill-Global Language Monitor.[9][10] Barra minn hekk, il-belt hija ċentru ekonomiku nazzjonali ewlieni, kif ukoll ċentru turistiku u industrijali. Fl-2008, il-belt kellha s-17-il ogħla introjti medji fl-Italja.[11]

  1. ^ Luciano Canepari, Firenze, in Il DiPI – Dizionario di pronuncia italiana, Zanichelli, 2009, ISBN 978-88-08-10511-0.
  2. ^ ""Bilancio demografico anno 2013, dati ISTAT"". Ċitazzjoni għandu parametrs mhux magħruf u vojt: |koawturi= u |aċċess= (għajnuna)
  3. ^ ""Economy of Renaissance Florence, Richard A. Goldthwaite, Book – Barnes & Noble". Search.barnesandnoble.com. Arkivjat 04-04-2010". Arkivjat mill-oriġinal fl-2010-04-04. Miġbur 2021-02-07. Ċitazzjoni għandu parametrs mhux magħruf u vojt: |aċċess= u |koawturi= (għajnuna)Manutenzjoni CS1: BOT: url-oriġinali status mhux magħruf (link)
  4. ^ ""Firenze-del-rinascimento: Documenti, foto e citazioni nell'Enciclopedia Treccani"". Ċitazzjoni għandu parametrs mhux magħruf u vojt: |koawturi= u |aċċess= (għajnuna)
  5. ^ Brucker, Gene A. (1969). Renaissance Florence. New York: Wiley. p. 23. ISBN 978-0520046955.
  6. ^ ""Storia della lingua in 'Enciclopedia dell'Italiano'". Treccani.it". Ċitazzjoni għandu parametrs mhux magħruf u vojt: |koawturi= u |aċċess= (għajnuna)
  7. ^ Centre, UNESCO World Heritage. "Historic Centre of Florence". UNESCO World Heritage Centre (bl-Ingliż). Miġbur 2022-03-06.
  8. ^ "Tim Kiladze (22 January 2010). "World's Most Beautiful Cities". Forbes". Ċitazzjoni għandu parametrs mhux magħruf u vojt: |koawturi= u |aċċess= (għajnuna)
  9. ^ ""FASHION: Italy's Renaissance". TIME". Arkivjat minn l-oriġinal fl-2013-08-27. Miġbur 2021-02-07. Ċitazzjoni għandu parametrs mhux magħruf u vojt: |aċċess= u |koawturi= (għajnuna)
  10. ^ ""Paris Towers Over World of Fashion as Top Global Fashion Capital for 2015". Languagemonitor.com". Arkivjat minn l-oriġinal fl-2018-08-18. Miġbur 2021-02-07. Ċitazzjoni għandu parametrs mhux magħruf u vojt: |aċċess= u |koawturi= (għajnuna)
  11. ^ ""La classifica dei redditi nei comuni capoluogo di provincia". Il Sole 24 ORE". Arkivjat minn l-oriġinal fl-2011-05-12. Miġbur 2021-02-07. Ċitazzjoni għandu parametrs mhux magħruf u vojt: |aċċess= u |koawturi= (għajnuna)

Firenze

Dodaje.pl - Ogłoszenia lokalne